Cookies
Biex dan is-sit elettroniku jaħdem tajjeb għalik, aħna npoġġu fajls tad-data żgħar imsejħa cookies fuq l-apparat tiegħek. Tista’ tiddeċiedi jekk tiġix intraċċat jew le b’dawn il-cookies. Tista’ tħassar il-cookies fi kwalunkwe ħin.
Dwar il-cookies
Cookie hija biċċa data żgħira li sit web jaħżen fuq il-kompjuter jew fuq it-tagħmir mobbli tal-viżitatur.
Aħna nużaw il-cookies biex nippermettu l-funzjonament tekniku ta’ dan is-sit elettroniku . Barra minn hekk, jekk tagħti l-kunsens tiegħek għal dan, aħna nużaw il-cookies sabiex niġbru l-esperjenza tal-ibbrawżjar tiegħek fuq is-sit web tagħna. Dan jippermettilna niġbru statistika anonima biex tgħinna ntejbu s-sit elettroniku u s-servizzi tagħna.
Jeżistu tipi differenti ta’ cookies:
- Cookies tal-ewwel parti huma stabbiliti mis-sit elettroniku li inti tkun qed iżżur u dak is-sit web biss jista’ jaqrahom. Sit elettroniku jista’ juża cookies tal-ewwel parti minn servizz estern biex janalizza kif in-nies jużaw is-sit tagħhom, bħal Europa Analytics (ara hawn taħt).
- Cookies ta’ partijiet terzi huma stabbiliti u maħżuna minn sit web differenti b’mod li jkun barra mill-kontroll tas-sit li tkun qed iżżur.
- Cookies tas-sessjoni jiġu ssejvjati temporanjament fil-brawżer tal-web tiegħek sabiex sit elettroniku jkun jista’ jintraċċa n-navigazzjoni tiegħek, sabiex ma tiġix ittrattat bħala utent ġdid kull darba li tmur minn paġna għal paġna. Dawn jitħassru awtomatikament meta tagħlaq il-brawżer tiegħek.
- Cookies persistenti jiġu ssejvjati fuq il-kompjuter tiegħek għal aktar żmien u ma jitħassrux awtomatikament meta tagħlaq il-brawżer tiegħek.
Għal aktar informazzjoni dwar tipi differenti ta’ cookies, ara: Il-Kummissjoni Ewropea: cookies.
Europa Analytics u l-cookies tiegħu
Europa Analytics huwa s-servizz li jimmonitorja l-esperjenza tal-ibbrawżjar tiegħek fuq dan is-sit elettroniku. Nużawh biex nevalwaw l-effettività u l-effiċjenza tas-sit elettroniku.
Europa Analytics huwa kkonfigurat għall-użu mis-siti elettroniku tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Din tuża cookies tal-ewwel parti biex tiġbor id-data.
Il-Kummissjoni Ewropea żżomm kontroll sħiħ tad-data miġbura permezz ta’ dawn il-cookies tal-ewwel parti, billi taħżen din id-data fuq is-servers tagħha stess.
Europa Analytics huwa bbażat fuq pjattaforma analitika b’sors miftuħ ikkontrollata b’mod sħiħ mill-Kummissjoni Ewropea. Din il-pjattaforma tippermetti l-protezzjoni tad-data personali tal-utenti grazzi għall-karatteristiċi bħad-deidentifikazzjoni ta’ indirizzi tal-IP.
Konsensus
Europa Analytics jirreġistra l-esperjenza tal-bbrawżjar tiegħek bl-użu ta’ cookies jekk dawn ikunu attivati meta tiftaħ paġna.
Meta żżur dan is-sit elettroniku, jidher strixxun li jagħtik l-għażla li taċċetta jew il-cookies kollha jew il-cookies essenzjali biss.
- Jekk taċċetta cookies essenzjali biss, inti twaqqaf lil Europa Analytics.
- Jekk taċċetta l-cookies kollha, inti tattiva lil Europa Analytics.
- Jekk ma tagħmilx għażla u tkompli tibbrawżja s-sit elettroniku, il-cookies kollha jiġu attivati awtomatikament.
Li tagħżel li taċċetta cookies essenzjali biss ma jaffettwax l-esperjenza ta’ navigazzjoni tiegħek fuq dan is-sit elettroniku.
Inti tista’ tiddeċiedi li tirtira jew tagħti l-kunsens tiegħek li tattiva l-cookies kollha fi kwalunkwe ħin.
Tista’ tiġġestixxi l-preferenzi tiegħek fir-rigward tal-cookies minn Europa Analytics fuq il-paġna ddedikata ta’ Europa Analytics.
L-għażla "Tintraċċax"
"Tintraċċax" hija funzjoni tal-brawżer li tipprevjeni lis-siti elettroniku milli jintraċċaw lill-viżitaturi. Jekk tkun attivajt l-opzjoni "tintraċċax" fil-brawżer tiegħek, Europa Analytics ma jipproċessax l-esperjenza tal-ibbrawżjar tiegħek fuq dan is-sit elettroniku.
Għadd ta’ brawżers għandhom l-għażla "tintraċċax":
Protezzjoni tad-data
Europa Analytics juża cookies biex jintraċċa l-informazzjoni li ġejja dwar il-viżitaturi:
- Indirizz tal-IP (deidentifikat)
- Post (pajjiż, reġjun, belt, latitudni u lonġitudni approssimattivi)
- Data u ħin taż-żjara
- Titolu tal-paġna li wieħed qed jara
- URL tal-paġna li wieħed qed jara
- URL tal-paġna li wieħed ra qabel il-paġna attwali
- Riżoluzzjoni tal-iskrin tal-apparat tal-utent
- Ħin fiż-żona tal-ħin lokali tal-viżitatur
- Il-fajls ikklikkjati u mniżżla
- Links għal sit elettroniku ieħor li ġew ikklikkjati
- Il-ħin għall-paġni elettroniċi li għandhom jiġu ġġenerati mis-server u mbagħad jitniżżlu mill-viżitatur
- Il-lingwa ewlenija tal-brawżer tal-web tal-viżitatur li qed tintuża
- Verżjoni tal-brawżer
- Plug-ins tal-brawżer
- Verżjoni tas-sistema operattiva
- Identifikatur tal-apparat
- Lingwa tal-paġna miżjura
- Informazzjoni dwar il-kampanja
- Informazzjoni dwar tiftix fuq is-sit
- Avvenimenti
Aħna nużaw din l-informazzjoni biex inħejju rapporti aggregati u anonimi dwar l-attività tal-viżitaturi. Biex titjieb l-eżattezza ta’ dawn ir-rapporti, cookie tal-ewwel parti taħżen l-informazzjoni li ġejja minn dan is-sit elettroniku, li jiġbor Europa Analytics:
- ID uniku każwali tal-viżitatur
- Il-ħin tal-ewwel żjara għall-viżitatur speċifiku
- Ħin taż-żjara preċedenti għall-viżitatur speċifiku
- Numru ta’ żjarat għall-viżitatur speċifiku
Europa Analytics jiġġenera cookie persistenti tal-ID każwali li tippermettilha tidentifika meta utent jerġa’ jżur is-sit. Din il-cookie għandha data ta’ skadenza ta’ 13-il xahar, u wara titneħħa awtomatikament mill-apparat tal-utent. Din tuża wkoll xi cookies tas-sessjoni.